Karti tal-flus u Deterrenti kontra l-iffalsifikar tal-flus

Kull pajjiż għandu restrizzjonijiet legali fuq ir-riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus. L-iffalsifikar tal-munita hu reat, u waqt li r-restrizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, kull riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus – anki għal użu artistiku jew għar-reklamar – hu strettament projbit. Anki f’pajjiżi li jippermettu xi użu limitat tax-xbiehat tal-karti tal-flus, hemm regoli u rekwiżiti speċifiċi. Din il-websajt tagħti tagħrif dwar ir-riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus u, għal iżjed tagħrif, fiha links għall-websajts ta’ pajjiżi individwali.

Waqt li t-telf ekonomiku totali għas-soċjetà kkawżat mill-iffalsifikar tal-flus hu ġeneralment limitat, il-vittmi li jġarrbu l-ikbar ħsara huma l-individwi u n-negozji, minħabba l-fatt li ħadd ma jirrimborża ’l dawk li jaċċettaw karti tal-flus foloz. Il-flus foloz jistgħu wkoll itellfu l-fiduċja fis-sistema tal-ħlas, u b’hekk il-pubbliku jħossu inċert jekk għandux jaċċetta flus kontanti għat-transazzjonijiet.

Il-Grupp Maħtur mill-Banek Ċentrali biex Jostakola l-Iffalsifikar tal-Flus (CBCDG) hu responsabbli għal din il-websajt. Sistema li tostakola l-iffalsifikar tal-flus (CDS) ġiet żviluppata mis-CBCDG biex tostakola l-użu ta’ kompjuters personali, tagħmir li jipproduċi xbiehat diġitali, u softwer, ħalli ma jipproduċux karti tal-flus foloz. Is-CDS ġiet adottata b’mod volontarju minn manifatturi tal-ħardwer u softwer, u din ma tħallix lill-kompjuters personali u t-tagħmir li jirriproduċu xbiehat diġitali, jipproċessaw jew jikkupjaw ix-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. It-teknoloġija mhix kapaċi ssegwi l-użu ta’ kompjuter personali jew ta’ tagħmir li jirriproduċi xbiehat diġitali.

Għal tagħrif speċifiku dwar pajjiż partikolari, jew dwar ix-xbieha ta’ karta tal-flus li trid tuża, ikklikkja fuq ir-reġjun rilevanti fil-mappa jew fuq reġjun, pajjiż jew munita mill-lista.

1.

Reġjuni:

Agħzel reġjun mill-lista jew ikklikkja fuq il-mappa ta' hawn taħt
 

Valuta:

Pajjiżi:

Lingwi:

USD – dollaru Amerikan, Federal Reserve notes Stati Uniti ta’ l-Amerika Ingliż

Bank jew dipartiment uffiċjali:

Tagħrif dwar kuntatti:

Referenzi:

U.S. Department of the Treasury
Bureau of Engraving and Printing
Ms Lorelei Pagano
Board of Governors of the Federal Reserve System
20th and C Streets, NW
Washington, DC 20551
United States of America
Tel.: +1-202-452-3341
Fax: +1-202-872-7533
Email: lorelei.w.pagano@frb.gov

Regoli dwar ir-riproduzzjoni

Xbihat ta’ karti tal-flus tal-Federal Reserve

Tagħrif ġenerali dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus:

L-Att dwar is-Sejbien tal-Flus Foloz 1992, Liġi Pubblika 102-550, f’Sezzjoni 411 tat-Titolu 31 tal-Code of Federal Regulations, jippermetti l-illustrazzjonijiet bil-kulur tal-valuta Amerikana bil-patt illi:

  1. L-illustrazzjoni tkun iżgħar minn tliet kwarti jew iżjed minn darba u nofs, mit-tul jew mill-wisa’, ta’ kull parti ta’ l-oġġett illustrat;
  2. l-illustrazzjoni tkun fuq naħa waħda biss; u
  3. in-negattivi, pjanċi, ritratti, l-mezzi ta’ reġistrazzjoni diġitali, l-fajls grafiċi, l-medja manjetika, l-mezzi ta’ ħażna ottika u l-mezzi l-oħra kollha użati biex issir l-istampa li jkollhom fihom xbihat kompleti jew inkompleti ta’ l-istampa għandhom jiġu meqruda, eliminati jew mħassra wara li jkunu ntużaw għall-aħħar darba.