Karti tal-flus u Deterrenti kontra
l-iffalsifikar tal-flus
|
|
|
|
|
Kull pajjiż għandu restrizzjonijiet legali fuq ir-riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus. L-iffalsifikar tal-munita hu reat, u waqt li r-restrizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, kull riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus – anki għal użu artistiku jew għar-reklamar – hu strettament projbit. Anki f’pajjiżi li jippermettu xi użu limitat tax-xbiehat tal-karti tal-flus, hemm regoli u rekwiżiti speċifiċi. Din il-websajt tagħti tagħrif dwar ir-riproduzzjoni tax-xbiehat tal-karti tal-flus u, għal iżjed tagħrif, fiha links għall-websajts ta’ pajjiżi individwali.
Waqt li t-telf ekonomiku totali għas-soċjetà kkawżat mill-iffalsifikar tal-flus hu ġeneralment limitat, il-vittmi li jġarrbu l-ikbar ħsara huma l-individwi u n-negozji, minħabba l-fatt li ħadd ma jirrimborża ’l dawk li jaċċettaw karti tal-flus foloz. Il-flus foloz jistgħu wkoll itellfu l-fiduċja fis-sistema tal-ħlas, u b’hekk il-pubbliku jħossu inċert jekk għandux jaċċetta flus kontanti għat-transazzjonijiet.
Il-Grupp Maħtur mill-Banek Ċentrali biex Jostakola l-Iffalsifikar tal-Flus (CBCDG) hu responsabbli għal din il-websajt. Sistema li tostakola l-iffalsifikar tal-flus (CDS) ġiet żviluppata mis-CBCDG biex tostakola l-użu ta’ kompjuters personali, tagħmir li jipproduċi xbiehat diġitali, u softwer, ħalli ma jipproduċux karti tal-flus foloz. Is-CDS ġiet adottata b’mod volontarju minn manifatturi tal-ħardwer u softwer, u din ma tħallix lill-kompjuters personali u t-tagħmir li jirriproduċu xbiehat diġitali, jipproċessaw jew jikkupjaw ix-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. It-teknoloġija mhix kapaċi ssegwi l-użu ta’ kompjuter personali jew ta’ tagħmir li jirriproduċi xbiehat diġitali.
Għal tagħrif speċifiku dwar pajjiż partikolari, jew dwar ix-xbieha ta’ karta tal-flus li trid tuża, ikklikkja fuq ir-reġjun rilevanti fil-mappa jew fuq reġjun, pajjiż jew munita mill-lista.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1. |
Reġjuni: |
|
Agħzel reġjun mill-lista jew ikklikkja fuq il-mappa ta' hawn taħt |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dħul
|
Valuta: |
Pajjiżi: |
Lingwi: |
|
EUR – euro |
Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, (inklużi l-Guiana Franċiża, Guadeloupe, Martinique Mayotte, Réunion, Saint Pierre u Miquelon, u t-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u ta’ l-Antartiku), l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, u Andorra, il-Belt tal-Vatikan, il-Kosovo, Monako, il-Montenegro, San Marino. |
Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan, Ungeriż |
|
|
Bank jew dipartiment uffiċjali: |
Tagħrif dwar kuntatti: |
Referenzi: |
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
Immaġnijiet ta’ karti tal-flus b’livell għoli ħafna ta’ ċarezza għal użu professjonali
|
Qafas legali
Deċiżjoni BĊE/2003/4 ta’ l-20 ta’ Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet,
ir-riproduzzjonijiet, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus
ta’ l-euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16)
Linja Gwida BĊE/2003/5 ta’ l-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri
biex ma jitħallewx isiru riproduzzjonijiet ta’ karti tal-flus
ta’ l-euro mhux konformi u dwar il-bdil u l-irtirar ta’ karti
tal-flus ta’ l-euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20)
Xbihat ta’ karti tal-flus b’dpi baxx
|
|
|
Tagħrif ġenerali dwar ir-riproduzzjoni ta’ karti tal-flus:
L-isfreġju ta' din il-valuta hu reat.
Ir-riproduzzjonijiet ta’ din il-valuta m’għandhomx jintwerew f’kuntest li jista’
jikkawża xi offiża (eż. bħala parti minn materjal pornografiku
jew vjolenti). Ir-riproduzzjonijiet huma pprojbiti wkoll meta
dawn jiksru r-regoli tad-dritt ta’ l-awtur tal-karti tal-flus
ta’ l-euro.
L-Artikolu 1 tal-Linja Gwida BĊE/2003/5 jistabbilixxi l-kriterji għal riproduzzjonijiet
mhux konformi u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4 jistabbilixxi
l-kriterji għar-riproduzzjonijiet ta’ karti tal-flus ta’ l-euro
kontra l-liġi. Dawn ir-riproduzzjonijiet ta’ karti tal-flus
ta’ l-euro, fil-prinċipju, mhumiex permessi. L-Artikolu 2(3)
tad-Deċiżjoni jistabbilixxi l-kriterji għar-riproduzzjonijiet
li huma meqjusa li huma skond il-liġi u li għalihom l-ebda
approvazzjoni m’hi prevista. Għall-każijiet li ma’ jissodisfawx
dawn il-kriterji, għandha tinkiseb konferma li dawn il-karti
tal-flus jikkonformaw mar-regoli tar-riproduzzjoni.
|
|
|
Riproduzzjoni fl-istampa:
Hemm xi limitazzjonijiet. Il-limitazzjonijiet li jikkonċernaw id-daqs ivarjaw,
per eżempju, skond jekk ir-riproduzzjoni hix fuq naħa waħda
jew fuq żewġ naħat. Ġeneralment, biex riproduzzjoni tkun skond
il-liġi, r-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2003/4 u l-Linja
Gwida BĊE/2003/5 għandhom jiġu osservati.
|
|
|
Riproduzzjoni elettronika:
Biex ikun hemm xbihat li jista’ jarahom il-pubbliku tista’ tiġi riprodotta karta
tal-flus jekk dawn iż-żewġ kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti:
- Ir-riżoluzzjoni ta’ l-immaġni tkun ta’ 72 dpi jew inqas.
- Il-kelma
“SPECIMEN” (KAMPJUN) tkun stampata djagonalment fuq ir-riproduzzjoni f’kulur li jikkuntrasta
– it-tul tal-kelma “SPECIMEN” għandu jkun ta’ mill-anqas 75% tat-tul tar-riproduzzjoni
u l-ogħli tal-karattri għandu jkun ta’ mill-anqas15% tal-wisa’ tar-riproduzzjoni..
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|